Miss World Malta B’Libsa Mill-Isbaħ Ispirata Mill-Baħar Mediterran U X-Xemx Maltija

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha, Nicole Spiteri li qed tirrappreżenta lil Malta f’Miss World qasmet messaġġ dwar il-libsa tagħha li tirrappreżenta ferm lil Malta.

Hi qalet, “Din il-libsa hija ċelebrazzjoni tas-sbuħija, il-wirt u l-identità ta’ Malta, ispirata minn tnejn mill-aktar elementi naturali qawwija tal-gżejjer tagħna: il-Baħar Mediterran u x-xemx Maltija. Il-blu vibranti jirrappreżenta l-ilmijiet ċari kristall li jdawru lil Malta, l-baħar li sawwar l-istorja tagħna, għaqqad lill-poplu tagħna u għamel lill-gżejjer tagħna tant distinti. Id-drapp blu spettakolari jiċċaqlaq madwar il-libsa bħall-mewġ, u joħloq sens ta’ moviment li jaqbad l-ispirtu tal-Mediterran.”

Żiedet, “Id-dekorazzjonijiet lewn id-deheb jissimbolizzaw is-sħana u d-dija tax-xemx Maltija. Flimkien, il-blu u d-deheb jirrakkontaw l-istorja ta’ Malta permezz tal-kuluri; il-baħar taħtna u x-xemx fuqna. Il-forma tal-libsa tiċċelebra s-saħħa u l-femminilità, filwaqt li l-elementi blu jagħtuha dehra drammatika b’ sens ta’ moviment, bħal mewġ li jdawwar lill-gżejjer tagħna.”

Awguri Nicole, Malta kollha tinsab warajk!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI