Illum huwa jum speċjali għall-awtur u kittieb lokali Gerard James Borg, hekk kif mhux biss qed jiċċelebra għeluq sninu, iżda għażel proprju din il-ġurnata biex jagħti ħjiel dwar proġett ġdid li jinsab fi triqtu.
“Illum għeluq snini iżda hemm raġuni oħra għala qed nitbissem...” kiteb Gerard fuq il-midja soċjali, qabel żvela li għandu ktieb ġdid lest biex jasal għand il-qarrejja. Madankollu, jidher li għalissa se jżomm ftit tas-suspans hekk kif għadu mhux lest jiżvela l-ktieb jew aktar dettalji dwaru.
“Il-ktieb il-ġdid tiegħi! Le – għadni mhux se nurihulkom! Dalwaqt… dalwaqt ħafna!” kiteb Borg. Għalhekk jidher li mhux se jkollna nistennew wisq biex insiru nafu aktar dwar din il-pubblikazzjoni ġdida u x’għandu lest għalina din id-darba.
F’isem Gwida.mt, nawguraw lil Gerard l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu u kull suċċess għal dan il-proġett ġdid!
Facebook / Gerard James Borg