Dan Huwa L-Bastiment Lussuż Elegant Li Jilqa’ Biss 216 Il-Mistieden U Bħalissa Jinsab Fl-Ibħra Maltin

Jekk illum inzertajtu vapur mill-isbaħ madwar Malta jew Għawdex, aktarx li kontu qed taraw il-VidantaWorld’s ELEGANT, bastiment lussuż li l-kumpanija tippreferi tiddeskrivih bħala “mega yacht” aktar milli bħala cruise liner tradizzjonali.

L-ELEGANT jilqa’ biss 216-il mistieden, mifruxa fuq 108 suites, u għandu proporzjon ta’ madwar membru tal-ekwipaġġ għal kull mistieden. Abbord wieħed isib ukoll 13-il restorant u bar, flimkien ma’ diversi faċilitajiet lussużi.

Il-vjaġġ tiegħu beda minn Lavrion fil-Greċja fit-22 ta’ Awwissu, u wara waqfiet f’Santorini u Kreta, ilbieraħ wasal il-Belt Valletta. Illum, 28 ta’ Awwissu, jinsab Għawdex, fejn skont l-itinerarju uffiċjali għandu jibqa’ sas-18:00.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI