Dolly Parton Irrekordjat Kanzunetta Li Ħadd Ma Jista’ Jisma’ Qabel L-2046

Dolly Parton ħalliet warajha sorpriża speċjali għall-ġenerazzjonijiet futuri. Il-leġġenda tal-mużika country kitbet u rrekordjat kanzunetta bl-isem “My Place in History”, iżda ħadd mhu se jkun jista’ jismagħha qabel id-19 ta’ Jannar tal-2046, il-ġurnata li fiha kieku kienet tagħlaq 100 sena.

Il-kanzunetta ġiet irrekordjata fl-2015 u tinsab fuq CD magħluqa f’kaxxa tal-injam fid-DreamMore Resort, parti minn Dollywood f’Tennessee. Saħansitra tpoġġa CD player fil-kaxxa biex il-kanzunetta tkun tista’ tindaqq meta din tinfetaħ.

Dolly Parton, li mietet din il-ġimgħa fl-età ta’ 80 sena, kienet waħda mill-akbar ikoni tal-mużika country. Matul il-karriera tagżha hija tat lid-dinja kanzunetti immortali bħal “Jolene”, “9 to 5” u “I Will Always Love You”. Barra għall-mużika, kienet magħrufa wkoll għall-ħidma filantropika tagħha, fosthom permezz tal-Imagination Library, inizjattiva li tqassam miljuni ta’ kotba lit-tfal.

Ritratti:

Dolly Parton

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI