Iċ-ċkejkna Kate għadha kif temmet b'suċċess ġimagħtejn ta' terapija ġewwa Pariġi. Il-ġenituri tagħha spjegaw li din it-terapija għenet sabiex moħħ binthom seta' jiġi stimulat ħalli jibda jifhem u jiproċessa aħjar informazzjoni relatata ma' movimenti bil-ġisem.
Il-ġenituri ta' Kate rrikonoxxew li l-progress m'huwiex se jseħħ mil-lejl għan-nhar iżda fissru t-tama tagħhom li din it-terapija flimkien ma' ħafna oħrajn, se jkomplu jgħinu sabiex fil-futur il-qagħda ta' Kate tissokta titjieb.
"Nieħdu kull opportunità sabiex naraw il-qagħda ta' bintna titjieb," saħqu l-ġenituri.
Facebook / Kate: Writing My Story