“Bla Fannijiet U Air-Condition Il-Fran Jibqgħu Għaddejjin Għax Dak Huwa D-Dmir Tagħna Li L-Ħobż Inlestu Lill-Maltin” – Ta’ Kalċ Bakery

Il-ħobż jagħmel parti kbira mill-istorja ta’ Malta fejn għal ħafna snin kienet teżisti dipendenza fuqu kważi f’kull familja. Għalkemm iż-żminijiet inbidlu, xorta waħda għadu fost l-aktar ikel imfittex mill-Majtin, speċjalment meta ngħidu xi ħobża tal-Malti jew xi ftira biż-żejt. Li wieħed forsi mhux dejjem japrezza huwa li biex dan il-prodott jiġi misjur ta’ kuljum u mibjugħ b’mod frisk, il-ħidma prattikament ma tieqaf qatt. Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, ta’ Kalċ Bakery qablu kelmtejn rigward dan u qasmhom mas-segwaċi tagħhom.

Il-poeżija tgħid:

 “Bla fannijiet u air-condition,
Il-fran jibqgħu għaddejjin,
Għax dak huwa d-dmir tagħna,
Li l-ħobż inlestu lill-Maltin.

Ix-xogħol kollu jsir b’idejna,
Nużaw magni ma nħobbux,
Xogħol b’reqqa u dedikazzjoni,
Il-ħaddiema ma’ jieqfux!”

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI