Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħom, Is-Servizz Pubbliku ffriskaw il-memorja tal-publiku penerali fejn minn Jannar li għadda, f’żewġ bajjiet f’Malta u Għawdex saret illegali li tpejjep sigarett.
Huma qalu, “Minn Jannar 2026, ir-Ramla l-Ħamra u l-Mixquqa (Golden Bay) saru l-ewwel żewġ bajjiet fejn it-tipjip huwa pprojbit ħlief f’żoni apposta. Multa ta’ €150 għal min jikser ir-regolamenti. Fis-snin li ġejjin se nżidu aktar bajjiet! Liema bajja tixtieq tara b'din ir-regola?”
Hemm opinjonijiet diversi rigward dan is-suġġett. Bosta jaqblu u saħansittra jirraġunaw li hemm bżonn tiġi liġi f’aktar bajjiet. Oħrajn ma jaqblux, hekk kif isostnu li mhux kull persuna li tpejjep tħammeġ. Apparti minn hekk jeżistu wkoll attivitajiet legali ħdejn il-baħar li lkoll jiġġeneraw l-iskart.
X’taħsbu intom?