Ink, Labrador Ta’ Erba’ Xhur, Jasal Malta Biex Jitħarreġ Bħala Kelb Tas-Servizz

Ink, huwa labrador ta’ erba’ xhur biss, li għadu kif wasal Malta sabiex jibda kapitlu importanti f’ħajtu. Dan hekk kif se jkompli t-taħriġ tiegħu biex eventwalment isir kelb tas-servizz.

Matul din is-sena, Ink se jkun qed jgħix mal-familja Coleiro minn Ħal Lija. Dan il-perjodu se jgħinu jidra l-ħajja tipika ta’ kuljum u jissoċjalizza f’ambjenti u postijiet differenti biex isservi bħala parti mill-preparazzjoni tiegħu.

Wara li jlesti dan il-proċess, Ink se jingħaqad ma’ persuna li għandha bżonn l-assistenza ta’ kelb tas-servizz. Il-paġna Inklużjoni ħabbret ukoll li waqt żjara ġewwa Brussell, il-Ministru Julia Farrugia ħabbret li s-servizz tal-klieb ta’ assistenza se jissaħħaħ permezz ta’ ftehim ġdid mas-Service Dogs Malta Foundation.

Dan il-ftehim se jinkludi investiment ta’ aktar minn €150,000 fuq medda ta’ tliet snin. Nawguraw lil Ink kull suċċess fit-taħriġ tiegħu u fil-ħidma importanti li hemm tistennieh! 

Ritratti:

Facebook/ Inklużjoni

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI