“Għaddew Sentejn Minn Meta Tlifna Lil Jake Vella, Champion Ta’ Veru B’Imħabba Kbira Lejn L-Annimali” – Association For Abandoned Animals

Għaddew sentejn minn meta tlifna eroj lokali, Jake Vella - tifel b’qalb tad-deheb li seraq il-qlub tal-poplu Malti. Il-Facebook page tal-Association for Abandoned Animals kitbet kelmtejn emozzjonanti.

“Anke waqt l-aktar battalji iebsa tiegħu, Jake dejjem ħaseb fil-klieb bla dar u abbandunati ta’ Malta u ħadem ħafna biex jgħinhom,” huma kitbu. “Nwiegħduk li se nibqgħu nieħdu ħsieb l-annimali, proprju kif dejjem xtaqt int, għażiż Jake. Inti tibqa’ l-eroj tagħna għal dejjem.”

“Illum qed nibagħtu l-imħabba u s-saħħa kollha tagħna lil Josie, Mariska u lill-familja tiegħu. Strieħ fis-sliem għażiż.”

Ritratti:

Facebook / Association for Abandoned Animals

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI