Shawn Mifsud B’Ġest Mill-Isbaħ Hekk Kif Ilesti L-Għawma B’Risq Puttinu Cares

Ġest ta’ kuraġġ u ġenerożità minn Shawn Mifsud, li bħalissa qed jagħmel għawma b’risq Puttinu Cares sabiex jiġbor donazzjonijiet għall-ħidma importanti tal-organizzazzjoni.

Puttinu Cares faħħru l-kuraġġ tiegħu fuq il-midja soċjali u ħeġġew lill-pubbliku biex jagħtih is-sapport tiegħu. “Dan ir-raġel inkredibbli. Inħarsu lejk Shawn u nammiraw il-kuraġġ tiegħek,” kitbu Puttinu Cares.

Shawn, min-naħa tiegħu, spjega għaliex din l-għawma għandha tifsira tant speċjali għalih. Huwa qal li Puttinu Cares kienu fost l-ewwel nies li tawh il-motivazzjoni biex ikollu xi ħaġa sabiħa lejn xiex iħares ’il quddiem u issa xtaq jagħti xi ħaġa lura.

Id-donazzjonijiet li qed jinġabru permezz ta’ din l-inizjattiva se jmorru kollha b’risq Puttinu Cares. Prosit tassew lil Shawn għal dan il-ġest mill-isbaħ u għall-kuraġġ li qed juri! 

Ritratti:

Facebook/ Puttinu Cares

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI