Artist Żagħżugħ Malti Jfakkar Il-Memorja Tal-Għalliem Ġorġ Mallia Bi Tpinġija

L-artist żagħżugħ Malti Glenn Cauchi fakkar il-memorja tal-għalliem Ġorġ Mallia bi tpinġija mill-isbaħ tiegħu. Sfortunatament, ftit jiem ilu ħarġet l-aħbar li l-għalliem Malti ħalla din id-dinja fl-età ta' 68 sena.

Din mhijiex l-ewwel tpinġija li għamel iż-żagħżugħ Malti Glenn Cauchi. Fil-fatt, fuq il-profil tiegħu wieħed jista' jsib numru ta' tpinġijiet oħrajn li jirriflettu l-ħiliet artistiċi tiegħu.

Matul ħajtu, Ġorġ irnexxielu jħalli l-marka tiegħu fuq eluf ta' studenti; studenti li matul it-traġitt akkademiku tagħhom kellhom il-privileġġ li jpoġġu wara l-bankijiet tal-iskola u jiġu mgħallma minnu. Wara l-aħbar tal-mewt tiegħu, bosta kienu dawk l-istudenti li faħħru d-dedikazzjoni, l-umiltà u l-passjoni li kien jgħallem bihom Ġorġ Mallia.

Hu kien irnexxielu wkoll iħalli l-impatt tiegħu permezz tal-litteratura! Dan għaliex minbarra li kien għalliem, Ġorġ kien ukoll awtur u illustratur. Fost oħrajn hu kien sar parti mit-tfulija ta' bosta permezz tas-sensiela ta' kotba tiegħu li kienet iġġib l-isem 'Pullu'.

Jistrieħ fis-sliem!

Ritratti:

Instagram / @cooker_hkc

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI