Peppa Pig Bil-Malti Lura Għat-Tielet Staġun B’Attività Speċjali Għall-Familja Kollha

Aħbar sabiħa għal dawk kollha li jħobbu lil Peppa Pig, hekk kif Peppa Pig bil-Malti se tirritorna għat-tielet staġun tagħha, u din id-darba t-tnedija se tkun iċċelebrata b’attività speċjali għal kulħadd.

Nhar il-Ħadd 13 ta’ Settembru, bejn l-10:30 u 12:30, ġewwa Shoreline se jkun hemm attività ddedikata lil Peppa Pig bil-Malti, fejn it-tfal se jkollhom l-opportunità jiltaqgħu mal-vuċijiet wara wħud mill-karattri favoriti tagħhom.

Matul l-attività se jkun hemm ukoll face painting, opportunitajiet biex wieħed jieħu ritratt ma’ Peppa Pig, wirjiet esklussivi ta’ episodji ta’ Peppa Pig bil-Malti u diversi attivitajiet oħra maħsuba għall-familja kollha.

Id-dħul għall-attività se jkun b’xejn, filwaqt li se jkun hemm ukoll parkeġġ b’xejn f’The Shoreline Mall.

L-ewwel episodju tat-tielet staġun ta’ Peppa Pig bil-Malti se jixxandar fit-28 ta’ Settembru.

Ritratti:

Peppa Pig

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI