Sabiħ li tkun imdawwar b'ħafna nies, imma huwa ferm isbaħ li jkollok livell għoli ta' rispett lejk innifsek. Persuna tonqos lilha nnifisha meta tibqa' tiġri wara persuna jew persuni li f'ħajjithom ma japprezzawx il-preżenza tagħha. Permezz ta' kitba fuq il-paġna tiegħu, Dr Nicholas Briffa qasam messaġġ rigward dan.
Qal, "Wasal iż-żmien li tieqaf tħabbat fuq bibien ta' djar li dejjem iħalluk barra tistenna. Hemm nies li jħejjulek post mingħajr ma jkollok bżonn titlobhom jew twaddbilhom lixka. Nies li jaħsbu fik u jistiednuk. Nies li meta jindunaw li m'intix preżenti dlonk jistaqsu għaliex. Nies li wara kollox iġiegħluk tħoss li l-preżenza tiegħek għandha valur."
Żied, "M'għandekx għalfejn tiġri wara min iġiegħlek tiddubita jekk intix verament mixtieq. Mur fejn qalbek tistrieħ, fejn tħossok milqugħ kif int, u fejn il-preżenza tiegħek tagħmel differenza."
NIcholas Briffa