“Għada Se Jibda Wkoll Staġun Ġdid Tax-Xita, Fejn Nittamaw Li Jkun Wieħed Tajjeb” – It-Temp Madwarna

Il-paġna it-Temp Madwarna ħabbret li għada tibda l-Ħarifa.

Fuq il-paġna kitbu, “Għada, l-1 ta’ Settembru tibda l-ħarifa meteoroloġika. Il-ħarifa astronomika (skont il-kalendarju l-pożizzjoni tad-dinja max-xemx) tibda nhar it-23 ta’ Settembru 2026 fl-ekwinozju (lejn u nhar indaqs). Għada se jibda wkoll staġun ġdid tax-xita, fejn nittamaw li jkun wieħed tajjeb wara aktar minn 115-il jum bla xita.”

Qalu wkoll li Lulju 2026 irreġistra l-iżjed xita (medja ta’ 0.1mm) filwaqt li Awwissu 2026 irreġistra l-inqas xita (0mm) - Ġunju traċċi. Komplew jispjegaw li Awwissu kien ukoll l-aktar xahar sħun u l-aktar Awwissu sħun fl-istorja, fejn matulu ġew irreġistrati żewġ mewġiet ta’ sħana!

Mewġiet tfisser 3 ijiem jew iktar b’temperatura 5°C+ mill-medja staġjonali.

Ritratti:

Facebook / It-Temp Madwarna

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI