L-Animal Welfare t’Għawdex appellaw biex tinstab dar għal Frida, kelba li batiet ħafna f’ħajjitha u issa tixtieq ċans ġdid.
Spjegaw, “Frida hi staffy ta’ erba’ snin, imsewwija, mimlija mħabba u tbissim. Hi kienet użata biex ikollha l-ġriewi imma fortunatament, waslet għand ix-xelter tagħna u aħna tajnieha l-kelma tagħna li se ngħinuha. Hi jistħoqqilha d-dinja, dejjem lesta għal xi avventura u se tagħtik ħafna bews lura. Frida tkun perfetta bħala membru ġdid għal kull familja. Il-karattru sabiħ tagħha jġiegħlek issir tħobbha mill-ewwel. Jekk jogħġobkom ibagħtulna messaġġ privat biex tagħtuha l-futur li jistħoqqilha.”
Jekk tafu lil xi ħadd li qed ifittex kelba, ibagħtulhom dan l-artiklu!
Facebook / Animal Welfare Gozo