Bħal-Lum 29 Sena Ilu, Ħalliet Din Id-Dinja L-Prinċipessa Diana, Magħrufa Bħala ‘L-Prinċipessa Tal-Poplu’

Bħal-lum 29 sena ilu, ħallietna l-Prinċipessa Diana, waħda mill-iktar membri magħrufa u maħbuba tal-Familja Rjali tar-Renju Unit.

Diana mietet traġikament fil-31 t’Awwissu tal-1997, ta’ 36 sena, wara incident tat-traffiku f’Pariġi. Il-karozza li kienet qed tivvjaġġa fiha ħabtet f’mina ftit wara nofsillejl. It-telfa tagħha ħasdet lid-dinja. Eluf ta’ persuni nġabru quddiem il-palazz ta’ Kansington biex iħallulha l-fjuri u messaġġi.

Minkejja l-pożizzjoni tagħha bħala membru tal-Familja Rjali, Diana kienet magħrufa b’mod partikolari għall-ħidma umanitarja tagħha. Matul is-snin, hi użat il-fama tagħha biex tiġbed l-attenzjoni lejn diversi kawżi, fosthom il-ġlieda kontra l-istigma marbuta mal-HIV/AIDS.

Diana tibqa’ mfakkra mhux biss bħala l-Prinċipessa tal-Poplu, iżda wkoll bħala omm, figura pubblika, u attivista biex tagħti vuċi lil dawk li kienu jiġu injorati.

Ritratti:

Facebook / Calypso Radio 101.8

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI