Is-Sindku tal-Mellieħa, Gabriel Micallef, qasam messaġġ mill-qalb lil ommu Jacqueline Micallef fl-okkażjoni ta’ għeluq sninha. Fuq il-midja soċjali, Gabriel irringrazzja lil ommu għall-imħabba u l-appoġġ li tatu matul ħajtu, kif ukoll talli dejjem sabha maġenbu fil-mumenti differenti li għadda minnhom.
“Grazzi tal-imħabba bla qies, tal-appoġġ kontinwu u talli dejjem kont hemm f’kull mument ta’ ħajti,” kiteb is-Sindku. Hu kompla jesprimi l-apprezzament kbir li għandu lejha, tant li qal li l-kliem mhux biżżejjed biex iwassal dak kollu li jħoss, “Ma jeżistux biżżejjed kliem biex nirringrazzjak ta’ dak kollu li tagħmel u ta’ dak kollu li inti għalija.”
Gabriel temm id-dedika tiegħu billi awgura lil ommu ħafna saħħa u aktar snin sbieħ, mimlijin bl-istess imħabba li hi stess dejjem tat lil dawk ta’ madwarha. Messaġġ sempliċi iżda mimli mħabba minn iben lil ommu f’ġurnata speċjali għaliha. Aħna ningħaqdu ma’ Gabriel u nawguraw lil Jacqueline l-isbaħ xewqat f’għeluq sninha!
Facebook / Gabriel Micallef