€2,100 Mogħtija Bħala Donazzjoni Lil Puttinu Cares F’Għeluq Is-70 Sena Tiegħu Minflok Rigali

Carmel mal-familja

Carmel Cutajar iċċelebra għeluq is-70 sena tiegħu b’ġest sabiħ ta’ ġenerożità, hekk kif talab lill-familjari u l-ħbieb tiegħu biex, minflok jagħtuh rigali, jagħmlu donazzjoni lil Puttinu Cares.

Fuq il-paġna tagħha, Puttinu Cares awgurat lil Carmel f’din l-okkażjoni speċjali u rringrazzjatu talli għażel li jagħti tifsira aktar sinifikanti lil għeluq sninu.

Bis-saħħa ta’ dan il-ġest sabiħ, inġabret is-somma ta’ €2,100 li ngħatat lil Puttinu Cares. Huma rringrazzjaw lil Carmel talli għażel li jiċċelebra s-70 sena tiegħu b’dan il-mod u awgurawlu għeluq is-sena mimli ferħ, imħabba u saħħa tajba.

Prosit u Awguri Carmel!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI