“Tliet Snin Flimkien. Tagħna Biss. Inħobbok, Ġann.” – Justin Brincat B’Messaġġ Lill-Imħabba Ta’ Ħajtu

Justin u Jean Pierre

Il-makeup artist bravissimu, Justin Brincat, illum qed jiċċelebra tliet snin ta’ memorji mal-imħabba ta’ ħajtu Jean Pierre Camilleri hekk kif illum huwa l-anniversarju tagħhom. Tliet snin ilu bdew vjaġġ romantiku flimkien u baqgħu dejjem hemm għal xulxin.

Justin qasam ritratti tagħhom flimkien għall-okkażjoni, fejn bosta kkumplimentawhom u anke kitbu l-awgurju tagħhom. Justin jikteb, "Tliet snin flimkien. Tagħna biss. Inħobbok, Ġann."

Awguri mill-qalb f'isem it-tim ta' Gwida.mt!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI