Rene Pizzuto għażel li jiċċelebra l-50 sena tiegħu b’mod tassew speċjali, billi organizza attività f’Ta’ Qali National Park bil-għan li jinġabru 50 borża demm jew aktar.
Meta tkellem magħna ta’ Gwida.mt, Rene spjega kemm din l-inizjattiva kienet importanti għalih, u issa jista’ jgħid li l-għan intlaħaq b’suċċess.
Fl-attività kien hemm 55 donatur reġistrat, numru li għadda l-mira oriġinali tiegħu u li għalih Rene wera l-ferħ u l-gratitudni tiegħu.
F’messaġġ wara l-attività, Rene rringrazzja lil kull min b’xi mod jew ieħor għen biex l-inizjattiva tkun suċċess, b’mod partikolari lil martu Angele Pizzuto u lil ibnu Andrea Pizzuto, kif ukoll lill-ħbieb u lill-familjari li appoġġjawh matul is-sena.
Huwa rringrazzja wkoll lid-donaturi l-ġodda u lil dawk regolari, kif ukoll lil dawk li ppruvaw jagħtu d-demm iżda ma setgħux, u ħeġġiġhom biex ma jaqtgħux qalbhom u jerġgħu jippruvaw.
"Flimkien ilħaqna l-għan tagħna u nixtieq ngħidilkom grazzi mill-qalb… Grazzi biss mhux biżżejjed; għamiltu għeluq snini saħansitra aktar speċjali. GĦAMILNIEHA FLIMKIEN. 55 Donatur Reġistrat – EJJA NERĠGĦU NAGĦMLUHA FLIMKIEN."
Awguri u Prosit kbira Rene!
Ara l-post HAWN