“Din Tfisser Id-Dinja Għalija” – Leah Gauci Rebbieħa Ta’ The Voice Of The Sea

Mument speċjali għall-artista żagħżugħa Leah Gauci hekk kif ħarġet rebbieħa ta’ The Voice of the Sea, kisba li ħallietha bla kliem wara li kantat quddiem udjenza kbira. Leah qasmet il-ferħ tagħha fuq il-midja soċjali, fejn stqarret li għadha ma tistax temmen dak li rnexxielha tikseb.

“Għadni ma nistax nemmen dan il-mument!” kitbet Leah, filwaqt li rringrazzjat lil dawk kollha li kienu ta’ sostenn għaliha tul dan il-vjaġġ. Ringrazzjament partikolari mar lejn Gillian Attard, li Leah qalet li għenitha tikber bħala artista, temmen aktar fiha nnifisha u tikseb il-kunfidenza meħtieġa biex titla’ quddiem udjenza daqstant kbira.

Hija kellha wkoll kliem mill-isbaħ għall-ġenituri tagħha, li dejjem emmnu fil-kapaċitajiet tagħha, inkoraġġewha toħlom akbar u komplew jimbuttawha biex tagħmel il-pass li jmiss fil-vjaġġ artistiku tagħha.

Leah irringrazzjat ukoll lill-coaches Hanna Kohanchik, Giacomo u Bepye għall-għajnuna tagħhom. “Din ir-rebħa tfisser id-dinja għalija,” temmet tgħid iż-żagħżugħa artista. Prosit kbira lil Leah għal din il-kisba u nawgurawlha aktar suċċessi fil-vjaġġ mużikali tagħha!

Ritratti:

Facebook / Leah Gauci

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI