Kunċert Leġġendarju F’Ħaż-Żabbar – 12-Il Artist Jingħaqdu Mal-Versatile Brass Band B’Risq ALSMalta+

Għat-tielet sena konsekuttiva, Leggendarju se jerġa’ jkun appuntment importanti għall-pubbliku Malti, b’serata li se tlaqqa’ flimkien għadd ta’ artisti magħrufa ma’ wieħed mill-aktar gruppi popolari fix-xena lokali, il-Versatile Brass Band. Wieħed jista' jaqta' l-biljetti billi jiħdol fuq https://maltaoutlet.com/products/leggendarju-festival-2026-zabbar-edition.

Din id-darba, il-kunċert se jasal f’Ħaż-Żabbar nhar it-12 ta’ Settembru, fejn Pjazza San Ġakbu se tinbidel f’palk għal serata sħiħa ta’ mużika u divertiment. L-avveniment qed jittella’ minn Puregreen bis-sehem ta' Versatile Events, aktar importanti minn hekk, se jkun b’risq ALSMalta+.

Il-line-up ta’ din it-tielet edizzjoni jiġbor flimkien artisti minn ġenerazzjonijiet u stili differenti tax-xena mużikali Maltija. Fuq il-palk se naraw lil Amber, Destiny, Fabrizio Faniello, Kurt Calleja, Mike Spiteri, Sean Kamati, Edel Pace, Ozzy, Andre Portelli, Kersten Graham, Laura, Corazon u Daryl.

Għalhekk, f’serata waħda l-pubbliku se jkollu ċ-ċans jara uħud mill-aktar vuċijiet magħrufa ta’ pajjiżna flimkien ma’ talenti oħra li tul is-snin bnew isimhom fix-xena lokali. Naturalment, fil-qalba ta’ Leggendarju se jkun hemm il-Versatile Brass Band, li permezz tal-mużiċisti tagħha se takkumpanja din il-ġabra ta’ artisti u tagħti l-identità partikolari tagħha lis-serata.

Il-kunċett Leġġendarju issa wasal għat-tielet sena tiegħu, u għal darb’oħra qed iżomm mal-formula li jlaqqa’ numru kbir ta’ artisti Maltin fuq palk wieħed. Għal sena oħra, il-kunċert għandu l-għan importanti lil hinn mill-ispettaklu nnifsu, hekk kif se jkun qed jgħin il-ħidma ta’ DAR Bjorn.

ALSMalta+ hija magħrufa għall-ħidma tagħha ma’ persuni li jgħixu bl-ALS u kundizzjonijiet newroloġiċi oħra, kif ukoll mal-familji tagħhom. Għalhekk, Leġġendarju se jkun qed juża l-qawwa tal-mużika u d-divertiment biex fl-istess waqt jagħti sostenn lil kawża li tul is-snin messet il-qlub ta’ ħafna Maltin.

Il-preżenza ta’ ismijiet bħal Destiny, Amber, Fabrizio Faniello, Kurt Calleja u Mike Spiteri, flimkien mal-bqija tal-artisti mistiedna, mistennija tagħmel minn din l-edizzjoni waħda varjata, b’għadd ta’ personalitajiet mużikali differenti jingħaqdu taħt l-istess kunċett. Għal dawk li jħobbu l-mużika live, għalhekk, it-12 ta’ Settembru hija data li ta’ min iżommha libera. Leġġendarju se jasal fi Pjazza San Ġakbu, Ħaż-Żabbar, għal serata li twiegħed mużika, spettaklu u fuq kollox solidarjetà.

Edizzjoni oħra ta’ Leġġendarju, għadd ta’ artisti Maltin fuq palk wieħed u kawża importanti fil-qalba tas-serata – din id-darba kollha b’risq ALSMalta+.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI