L-Isptar Mater Dei Malta fakkru l-jum dinji tal-fiżjoterapija. Permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna tagħhom, irringrazzjaw lill-fiżjoterapisti għad-dedikazzjoni kbira tagħhom.
Kitbu, “Il-Jum Dinji tal-Fiżjoterapija – 8 ta’ Settembru. Din is-sena nenfasizzaw ir-rwol importanti tal-fiżjoterapija u tal-attività fiżika fil-prevenzjoni u l-immaniġġjar tal-mard kardjovaskulari u tal-puplesija. Il-fiżjoterapisti jgħinu lin-nies jibqgħu attivi, jerġgħu jiksbu l-mobbiltà u s-saħħa, u jtejbu l-kunfidenza u l-indipendenza tagħhom wara kundizzjoni tal-qalb jew puplesija.”
Żiedu jgħidu, “Illum nirringrazzjaw lill-fiżjoterapisti tagħna għad-dedikazzjoni u l-kontribut siewi tagħhom lejn kura aħjar tal-pazjenti.”
Dan il-messaġġ irċieva diversi kummenti ta’ ringrazzjament mingħand persuni li kienu pazjenti tal-fiżjoterapisti u li japprezzaw ix-xogħol li għamlu magħhom, għaliex bis-saħħa tagħhom, kisbu lura l-indipendenza.
Facebook / Mater Dei Hospital