“Awguri F’Jum Għeluq Il-21 Sena Tat-Tifla Tagħna Maria” – Frank Zammit Lil Bintu

Fuq il-paġna uffiċjali tiegħu, Frank Zammit ippubblika messaġġ t’awgurju lill-għażiża bintu f’jum għeluq sninha biex jaqsam mas-segwaċi tiegħu kemm tfisser għalih.

Hu kitbilha, “Awguri f’jum għeluq il-21 sena tat-tifla tagħna Maria. Aħna nħobbuk kollha.”

Hu ppubblikalha xi ftit ritratti ħelwin tagħna msiefra, fosthom ritratti ġo deżert meraviljuż mal-ġemel, u ritratt ieħor mal-Papa Franġisku.

Dan il-messaġġ sempliċi imma mimlija mħabba u kburija jkompli jixhed l-apprezzament li dan il-missier għandu lejn bintu.

Dan il-messaġġ irċieva diversi messaġġi t’awgurju mingħand persuni li jafu lil Maria u jixtiqulha l-ġid.

Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nawgurawlha l-isbaħ xewqat f’din il-ġurnata speċjali u nisperaw li tirċievi dak kollu li tixtieq qalbha. Awguri mill-qalb Maria!

Ritratti:

Facebook / Frank Zammit

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI