“It-Temp Illum Xemxi U Sħun… Ir-Riħ Ħafif” – It-Temp Madwarna B’Aġġornament Tat-Temp

Il-paġna lokali ‘It-Temp Madwarna’ ppubblikat prevista tat-temp għal-lum tmienja ta’ Settembru. Ħabbru li t-temp se jkun sħun. L-ogħla temperature se tkun 33 grad ċelsju li tinħass 38 grad ċelsju.

Fuq il-paġna tagħhom spjegaw, “It-temp illum xemxi u sħun... Ir-riħ ħafif (F2-3) l-aktar mill-Punent Majjistru (WNW)... Il-baħar ħafif. L-ogħla temperatura llum: 33°C; l-inqas illejla: 24°C. Tinħass: 38°C | 24°C. Indiċi UV: 8. Ritratt miġbud kmieni dalgħodu minn Wied iż-Żurrieq fil-limiti tal-Qrendi, grazzi għal Edward Mifsud.”

Nirringrazzjawhom għal dan l-aġġornament. Jidher li ħarġet ġurnata sabiħa mmens għal Jum il-Vitorja u għalhekk dan it-temp iġib miegħu l-opportunita` li noħorġu ngawdu l-festa.

Ritratti:

Facebook / It-Temp Madwarna

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI