Is-Sajf Tal-2026 Jidħol Fl-Istorja – Wieħed Mill-Aktar Sħan U Qawwija Li Qatt Esperjenzajna

Is-sajf tal-2026 żgur li se jibqa’ mfakkar bħala wieħed mill-aktar sħan li esperjenzajna f’Malta f’dawn l-aħħar snin. Skont it-Temp Madwarna permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, matul dan is-sajf ġew irreġistrati żewġ mewġiet ta’ sħana uffiċjali, filwaqt li kien hemm diversi perjodi oħra ta’ sħana qawwija bejn l-aħħar ta’ Ġunju u l-bidu ta’ Settembru.

F’Lulju nkiser ukoll ir-rekord tal-ogħla temperatura mkejla matul ix-xahar, hekk kif it-termometru laħaq it-43.3°C. Għal tlett ijiem konsekuttivi, t-temperaturi saħansitra qabżu t-42°C. Anke Awwissu kien wieħed eċċezzjonali, tant li ġie deskritt bħala l-aktar Awwissu sħun fl-istorja. Fl-aħħar tax-xahar, il-baħar ukoll laħaq temperatura rekord ta’ 31.6°C.

Matul Ġunju, Lulju u Awwissu, t-temperaturi baqgħu għal diversi jiem sa 3°C ogħla mill-medji klimatiċi, filwaqt li ġew irreġistrati madwar 100 jum b’temperaturi ta’ 30°C jew aktar, fosthom sebat ijiem li qabżu l-40°C.

Ser timmisjawh lil dan is-sajf?

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI