“Għalija Ma Kontx Biss Il-Partner T’Ommi Iżda T-Tieni Missier Tiegħi” – Clayton Zammit Iċ-Ċomba Jsellem Lil Michael Stafrace

Clayton Zammit, magħruf bħala ċ-Ċomba, qasam messaġġ emozzjonanti fuq il-midja soċjali wara t-telfa ta’ Michael Stafrace, persuna li kienet tfisser ħafna għalih u li kien iqisha bħala t-tieni missier tiegħu. “Tlaqtna Nannu Mike, għax jien hekk kont ngħajjatlek. Għalija int ma kontx biss il-partner t’ommi iżda t-tieni missier tiegħi,” kiteb Clayton.

Fost il-memorji li se jibqa’ jgħożż hemm il-ħafna diskussjonijiet li kienu jagħmlu flimkien dwar il-futbol. “Kemm konna nitkellmu fuq il-football l-għażiż. Kemm se nimmissja dawn id-diskursati bejnietna,” kompla jikteb. Clayton temm il-messaġġ tiegħu bi kliem li juri kemm Michael kellu post speċjali f’qalbu, “Issa mur strieħ ħdejn martek u l-kumplament tan-nies li għandek għal qalbek. Ħu ħsiebna minn hemm fuq l-għażiż u nwegħdek li mhu se ninsik qatt. Inħobbok Michael Stafrace.”

Messaġġ mill-qalb li jixhed ir-rabta sabiħa li kien hemm bejniethom. Minn Gwida.mt, ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lil Clayton, lill-familja ta’ Michael u lil dawk kollha li kienu jafuh u jħobbuh. Strieħ fis-sliem.

Ritratti:

Facebook / Michael Stafrace

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI