Is-Sorijiet tal-Karità qasmu messaġġ ta’ ringrazzjament lil Sr Ramona hekk kif qed tagħlaq kapitlu mal-komunità tal-Gudja biex tibda missjoni ġdida f’Napli, l-Italja. Fil-messaġġ tagħhom, is-Sorijiet irringrazzjawha għaż-żmien li qattgħet tagħti s-servizz tagħha fil-Gudja u awgurawlha għal dan il-pass ġdid fil-ħajja tagħha.
“B’qalbna mimlija gratitudni, nirringrazzjaw lil Sr Ramona għaż-żmien li qasmet mal-Komunità tal-Gudja, hekk kif issa tibda missjoni ġdida f’Napli,” kitbu. Huma komplew b’awguri speċjali għal din il-mixja ġdida: “Jalla l-Mulej jakkumpanjaha f’dan il-vjaġġ ġdid ta’ servizz u karità, u jalla Santa Ġovanna Antida tiggwida l-passi tagħha kull fejn tkun imsejħa biex taqdi.”
Il-messaġġ intemm b’awguri mill-qalb lil Sr Ramona għal dan il-kapitlu ġdid. Minn Gwida.mt, ningħaqdu mal-awguri u nawgurawlha kull ġid fil-missjoni l-ġdida tagħha f’Napli.
Facebook / Ramona Privitelli