Il-preżentatriċi u attriċi Clare Agius qasmet messaġġ mill-qalb f’għeluq snin żewġha, Paul Sparling, fejn esprimiet l-imħabba u l-apprezzament tagħha lejh u lejn il-ħajja li bnew flimkien. “Illum huwa għeluq snin ir-raġel tiegħi, Paul Sparling. Miegħek bdejt kapitlu sabiħ f’ħajti li jisboq kull wieħed ieħor!” kitbet Clare.
Hi kompliet billi awguratlu għal ħafna aktar snin ta’ saħħa, daħk u avventuri flimkien, filwaqt li semmiet ukoll lil uliedhom. “Għal ħafna aktar snin ta’ saħħa, daħk u avventuri mas-subien tagħna (u possibbilment mingħajrhom meta jitilqu minn magħna!). Imma int persuna tant sabiħa biex tkun fil-kumpanija tagħha li żgur mhux se jagħmlu hekk,” kitbet b’dik id-daqqa ta’ umoriżmu li spiss naraw fil-kitbiet tagħha.
Clare temmet il-messaġġ tagħha b’dikjarazzjoni ħelwa lil żewġha, “Inħobbok ħafna, għażiż tiegħi, u grazzi talli tissaportini! L-aħħar ritratt jaqbad dan perfettament.” Il-messaġġ kien akkumpanjat minn diversi ritratti li jfakkru mumenti sbieħ mill-ħajja tagħhom flimkien bħala koppja u familja.
Minn Gwida.mt, nawguraw lil Paul l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu u ħafna aktar snin ta’ saħħa, kuntentizza u avventuri flimkien ma’ Clare u l-familja tagħhom!
Facebook / Clare Agius