“Agħtih, O Mulej, Il-Mistrieħ Ta’ Dejjem” – Tħabbret Il-Mewt Ta’ P. Alfred ta’ San Ġużepp

Il-Kunvent Santa Tereża ta’ Bormla ħabbar b’niket, li ftit tal-ħin ilu telaq lejn is-Sema P. Alfred ta’ San Ġużepp (Debono) - patri li ħalla warajh għadd ta’ memorji u ħidma tul is-snin.

Il-ħajja hija vjaġġ li ħadd ma jaf eżatt meta jibda u wisq anqas meta jasal fi tmiemu. Kliem li jfakkarna kemm kull mument huwa prezzjuż u kemm għandna nkunu dejjem għassa, kif jgħallimna Ġesù. P. Alfred kien Pirjol tal-komunità ta’ Bormla diversi drabi, inkluż sa erba’ snin ilu. Huwa serva wkoll f’diversi kunventi, fosthom Ta’ Xbiex, Tas-Silġ u Birkirkara.

Flimkien ma’ kuġinuh P. Wistin u P. Nerik, kien wieħed mill-fundaturi tal-missjoni ġewwa t-Taiwan, li maż-żmien infirxet ukoll lejn it-Tajlandja, il-Malasja u s-Singapore. Kien magħruf ukoll għad-disponibbiltà tiegħu biex imur fejn ikun hemm bżonn, kif ukoll għall-imħabba tiegħu lejn il-ġnien.

“Agħtih, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem. Id-dawl ta’ dejjem jiddi lilu. Jistrieħ fis-sliem. Ammen.”, temm il-messaġġ.

It-Tim ta' Gwida.mt ukoll jixtieq jagħti lill-kondoljanzi sinċiera lill-qraba u l-familtu, kif ukoll li jistrieħ fis-sliem!

Ritratti:

Facebook/Kunvent Santa Tereza Bormla

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI