Is-sit Ingliż Express iddeskriva lil Malta bħala destinazzjoni għas-safar li kulħadd għandu jitfa’ għajnejh fuqha.
“Filwaqt li destinazzjonijiet popolari bħal Spanja u Franza ħafna drabi jingħataw l-iżjed importanza, kulħadd għandu jitfa’ għajnejh ukoll fuq il-gżejjer Maltin,” saħaq espert partikolari ma’ dan is-sit.
Fost oħrajn faħħar l-istorja vasta ta’ pajjiżna kif ukoll il-ġmiel ta’ kosti li għandna fejn għalhekk iddeskriva lil Malta bħala post ideali sabiex wieħed jieħu btala ta’ rilassament u avventura.
Intom x’taħsbu dwar dan?
Ritratti: Travel & Leisure, Jet2Holidays u World Beach Guide