Filmat li qasmet Dr Lydia Abela juri l-appoġġ tagħha għall-atleti Maltin li qed jieħdu sehem fl-iSpecial Olympics European Swimming Open Malta 2026.
Filmat li jinkludi wkoll diversi mumenti mill-ftuħ tal-avveniment, fosthom id-diskors ta’ inkoraġġiment li tat lill-atleti, juri l-importanza li jingħata spazju u appoġġ lil kull persuna biex turi l-kapaċitajiet tagħha.
Dr Abela kitbet: “Ftaħna l-iSpecial Olympics European Swimming Open Malta 2026, esperjenza li se tagħti opportunità lil 400 atleta minn 37 pajjiż. Okkażjoni unika li tiċċelebra l-kapaċitajiet ta’ kull atleta u l-valuri tal-inklużjoni li pajjiżna tant jemmen fihom.”
Prosit u Awguri lill-atleti kollha!
DOI