Dawn Huma L-Bajjiet Rakkomandati Jekk Bi Ħsiebek Tmur Għal Għawma

bajja

Il-paġna Maltese Islands Weather qasmet lista ta’ bajjiet rakkomandati għal-lum, il-Ħadd 13 ta’ Settembru 2026.

Il-lista hija disponibbli fuq is-sit tal-paġna u hija maħsuba biex tgħin lill-pubbliku jagħżel bajjiet li jkunu aktar adattati għall-għawm skont il-kundizzjonijiet tal-baħar.

Il-paġna wissiet ukoll li l-lista tista’ tiġi aġġornata matul il-ġurnata, skont tibdiliet fir-riħ, fil-mewġ u fil-kurrenti, kif ukoll skont rapporti li jaslu mingħand il-pubbliku.

Ġie spjegat li l-informazzjoni tirreferi għall-parti ta’ ġewwa tal-bajjiet u mhux għall-bokka tagħhom. L-aħħar aġġornament indikat fil-post kien fil-11:30 ta’ filgħodu.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI