“Il-Kunsill Lokali Ta’ Ħal Qormi Qed Iħeġġeġ Lir-Residenti Biex Ma Jħallux Il-Vetturi Tagħhom Ipparkjati Fil-Widien Ta’ Ħal Qormi” – Kunsill Lokali Ħal Qormi

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi qasmu avviż lir-residenti kollha speċjalment dawk li ser jipparkjaw il-karozzi tagħhom fil-widien ta’ Ħal Qormi.

Huma qalu, “Minħabba t-tbassir tat-temp li jindika possibbiltà ta’ maltemp fil-jiem li ġejjin, il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi qed iħeġġeġ lir-residenti biex ma jħallux il-vetturi tagħhom ipparkjati fil-widien ta’ Ħal Qormi. Dan sabiex jiġi evitat kull riskju ta’ ħsara lill-vetturi u sabiex tinżamm is-sigurtà ta’ kulħadd f’każ ta’ żieda fil-livelli tal-ilma jew għargħar. Napprezzaw il-koperazzjoni u l-attenzjoni tagħkom. Grazzi tal-għajnuna u tal-koperazzjoni taghkom.”

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI