Riċentament smajna bl-aħbar li miet priġunier fil-ħabs ta’ Kordin, allegatament minħabba s-sħana li hemm fil-ħabs. Ftit li xejn ġiet imxandra informazzjoni rigward il-każ, iżda permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, Prof Andrew Azzopardi qajjem diversi mistoqsijiet rigward dan il-każ.
Qal, “Vera li allegatament tħalla mixwi bid-deni dan il-priġunier? Vera li allegatament it-temperatura ta’ ġismu telgħet aktar minn 40 degrees bis-sħana u probabbli anke xi infezzjoni? Vera li ġew sospiżi xi staff? Vera li allegatament inżamm taħt osservazzjoni l-ħabs u ttieħed l-isptar u baqa’ diehel l-ITU? Vera li allegatament kien mitluf minn sensiħ dan il-priġunier?”
Żied, “L-allegazzjoni ta’ heat stroke tista’ tiġi kkonfermata mit-tobba BISS u mill-ebda politiku. Il-fatt sagrosant huwa li ċirkostanza li bdiet fl-ħabs waslet biex familja trid tidfen - bħala priġunier huwa responsabilita’ tal-ħabs. Ħa ssir inkjesta? Setgħu indunaw u aġġixxew b’ mod li dan kollu ġie evitat? Il-fatt sagrosant jibqa’ li jiskantanti kif ma jkunx hemm aktar nies b’ heat stroke meta tqis is-sħana enormi li jkun hemm fiċ-ċelel ġewwa l-ħabs. Il-proċess taċ-ċhillars li qed idaħħal l-Gvern għandha tkun spedita - qlajt saħħti ngħidha din.”
Andrew Azzopardi