Tarbija tat-twelid ġiet salvata wara li nstabet f’ “pit latrine” fonda madwar 30 pied, skont messaġġ ippubblikat mill-paġna Love & PEACE Mariella Malta.
Skont l-istess messaġġ, persuna li marret tuża l-latrina semgħet il-biki tat-tarbija u mill-ewwel ingħatat l-għajnuna. Membri tal-komunità, flimkien mal-Pulizija, ikkooperaw biex it-tarbija setgħet tittella’ u tingħata l-kura meħtieġa.
Il-paġna tgħid li t-tarbija kienet għadha kif twieldet u issa tinsab fil-kura ta’ HT, fejn ingħatat l-isem Mariella.
Dawk involuti fis-salvataġġ esprimew il-gratitudni tagħhom li ċ-ċkejkna nstabet fil-ħin u setgħet tingħata ċans għall-ħajja.
Facebook/ Love & PEACE Mariella Malta