“Kull Bidu Fih It-Tmiem” – Quinton Scerri Bi Kliem Ta’ Tifħir Wara L-Festa F’Ħaż-Żabbar

Quinton Scerri fuq festi

Wara l-festa f’Ħaż-Żabbar, il-preżentatur Quinton Scerri esprima s-sodisfazzjon tiegħu għall-ħidma u r-riżultati miksuba matul il-ġimgħat ta’ preparazzjoni u ċelebrazzjonijiet.

Fi kliemu, kollox beda b’“ġimgħat ta’ sagrifiċċji kbar”, li fihom sar xogħol, investiment u ppjanar biex eventwalment waslu għal ċelebrazzjonijiet li ddeskrivihom bħala “fl-aqwa tagħna”.

Quiton saħaq li wara kull suċċess hemm in-nies u s-sagrifiċċji tagħhom, filwaqt li rringrazzja lill-persuni u l-entitajiet kollha li taw il-kontribut tagħhom biex il-festa setgħet tkun ta’ dan il-kobor.

Ikompli billi jsemmi kif dak li jinżera minn tant persuni dedikati u beżlin, ikompli jikber u jħalli wirt sabiħ għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin. B'hekk jibqgħu jiġu apprezzati l-festi, tradizzjoni Maltija prezzjuża.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI