Illum jagħlaq sninu Kurt Zammit Freeman u għall-okkażjoni żewġu Glenn ħa ħsieb jiddedikalu messaġġ mill-qalb għall-okkażjoni.
Hu jiktiblu, "Awguri f'għeluq it-38 sena tiegħek, Kurt. Grazzi talli int ir-raġel inkredibbli li int, tas-saħħa tiegħek, u talli tagħmel id-dinja tagħna tant speċjali u unika għalina t-tnejn. M’hemm ħadd aktar li nixtieq nimxi miegħu f’din il-ħajja."
Glenn iżid li, "Kemm fil-mumenti sbieħ kif ukoll f’dawk diffiċli, u f’kull kapitlu tal-ħajja, dejjem aħna t-tnejn flimkien. Illum niċċelebraw dawn it-38 sena mill-isbaħ tiegħek. It-38 sena se tkun mill-aqwa, qed inwegħdek."
Qasam anke ritratt meħud waqt iċ-ċelebrazzjoni tal-istess okkażjoni. Awguri mill-qalb Kurt!
Facebook/ Glenn Zammit Freeman