“J’Alla Nkomplu Ngawduk Għal Aktar U Aktar Snin” – Iz-Zija Ta’ Elaine Sammut Tagħlaq 86 Sena

Il-preżentatriċi lokali Elaine Sammut qasmet messaġġ mill-isbaħ f’għeluq snin iz-zija tagħha, Melda Brincat, li llum qed tiċċelebra għeluq is-86 sena tagħha. Permezz tal-mezzi soċjali, Elaine awguratilha f’dan il-jum speċjali u esprimiet ix-xewqa tagħha li l-familja tibqa’ tgawdi l-preżenza tagħha għal ħafna aktar snin.

“Awguri liz-zija Melda Brincat li llum għalqet 86 sena. Awguri aunty u j’Alla nkomplu ngawduk għal aktar u aktar snin. Alla jbierkek,” kitbet Elaine. Messaġġ sempliċi iżda mimli mħabba, li żgur juri r-rabta sabiħa li teżisti bejniethom.

Aħna minn Gwida.mt ningħaqdu ma’ Elaine u mal-familja tagħha biex nawguraw lil Melda l-isbaħ xewqat f’għeluq is-86 sena tagħha. Awguri u mitt sena!

Ritratti:

Facebook / Elaine Sammut

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI