Julia Ann Cluett Tkompli Tagħmel Isem Barra Minn Malta – Għat-Tielet Darba Fin-New York Fashion Week

Julia Ann Cluett qed tkompli tagħmel isem għal Malta fix-xena internazzjonali tal-moda, hekk kif għal darb’oħra sabet ruħha fuq il-catwalk tan-New York Fashion Week. Miss Universe Malta ħabbru li din hija t-tielet darba li Julia qed timmudella għal disinjaturi internazzjonali waqt wieħed mill-aktar avvenimenti importanti fid-dinja tal-moda.

Din hija kisba oħra fil-vjaġġ internazzjonali ta’ Julia, li fl-aħħar snin kompliet tibni profil b’saħħtu kemm fid-dinja tal-pageantry kif ukoll f’dik tal-immudellar, hekk kif din kienet it-tielet darba għaliha li qed tieħu sehem fi sfilata bħal din.

Julia Ann bħalissa qed iġġorr it-titlu ta’ Miss Universe Europe and Middle East, wara l-parteċipazzjoni storika tagħha f’Miss Universe 2025. Dakinhar hija rnexxielha tidħol fit-Top 12, l-aqwa riżultat li qatt kiseb pajjiżna fil-kompetizzjoni, filwaqt li kienet l-unika Ewropea li waslet f’dan l-istadju tal-konkors.

Il-preżenza tagħha fin-New York Fashion Week tkompli ssaħħaħ il-profil tagħha barra minn xtutna. Fi Frar li għadda, hija wkoll dehret fuq il-catwalk waqt show ta’ Decorarte fin-New York Fashion Week.

Prosit Julia Ann għal kisba oħra fuq livell internazzjonali!

Ritratti:

Facebook / Julia Ann Cluett

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI