Alex U Benji Jiddedikaw Is-Sajf Tagħhom Biex Jiġbru €142 Għal Puttinu Cares

Puttinu

Alex u Benji Refalo għażlu li jagħmlu xi ħaġa tassew sabiħa matul is-sajf tagħhom, hekk kif iddedikaw il-ħin tagħhom biex jgħinu tfal oħra permezz ta’ Puttinu Cares. F’post fuq il-mezzi soċjali, Puttinu Cares irrakkontaw kif iż-żewġt itfal qattgħu parti mis-sajf joħolqu xogħlijiet tal-artiġjanat magħmulin bl-idejn, li mbagħad biegħu biex jiġbru fondi għall-għaqda.

Permezz tal-inizjattiva tagħhom, Alex u Benji rnexxielhom jiġbru s-somma sabiħa ta’ €142, li ngħatat bħala donazzjoni lil Puttinu Cares. “X’tfal mill-isbaħ b’qalb daqshekk kbira! Alex u Benji, kburin ħafna bikom u grati għall-qalb tajba u l-ġenerożità tagħkom,” kitbu Puttinu Cares.

L-għaqda faħħret liż-żewġt itfal għall-inizjattiva tagħhom u sejħitilhom “champions”, hekk kif b’ġest sempliċi u ħafna dedikazzjoni rnexxielhom jagħmlu differenza fil-ħajja ta’ ħaddieħor. Prosit tassew lil Alex u Benji għal dan il-ġest sabiħ!

Ritratti:

Facebook / Puttinu Cares

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI