Ivan Gaffiero qasam messaġġ mill-isbaħ u mimli emozzjoni f’għeluq il-31 sena ta’ bintu Tiziana Gaffiero. “31 sena… kemm kont nistenna li nasal għal dak il-mument li narak f’idejja. Kif jiġri ż-żmien! Illum għaddew 31 sena, qisu kien il-bieraħ meta żammejtek għall-ewwel darba f’idejja,” kiteb Ivan.
Fil-messaġġ tiegħu, huwa tkellem dwar dak li tgħallmu tul is-snin, filwaqt li wassal parir importanti lil bintu biex dejjem tħares ’il quddiem, tħobb lilha nnifisha u tagħraf il-valur tagħha. “Żomm qrib tiegħek lil dawk li verament iridulek il-ġid u li jkunu miegħek mill-qalb. Qatt, qatt taqta’ qalbek. Tħalli lil ħadd ineħħilek it-tbissima u l-kuraġġ,” kompla jikteb.
Ivan temm il-messaġġ tiegħu billi fakkar lil Tiziana li hu dejjem se jkun hemm għaliha, f’kull mument, “Inħobbok ħafna, binti.”
Messaġġ tassew sabiħ li juri r-rabta speċjali bejn missier u bintu. Aħna ningħaqdu mal-awguri u nawguraw lil Tiziana l-isbaħ xewqat f’għeluq il-31 sena tagħha!
Facebook / Ivan Gaffiero