L-Irlanda għadha kif ħabbret li għat-tieni sena konsekuttiva mhijiex se tkun qiegħda tipparteċipa fil-Eurovision Song Contest. Il-pajjiż se jkun qed jagħmel dan bħala turija ta' protesta għad-deċiżjoni tal-EBU li tħalli lill-Iżrael jieħu sehem, minkejja s-sitwazzjoni attwali f'Gaża. L-istazzjon nazzjonali Irlandiż ħabbar ukoll li hu mhuwiex se jkun qed ixandar il-Eurovision tal-2027.
Min-naħa tiegħu, id-direttur tal-Eurovision Song Contest, Martin Green, fisser id-dispjaċir tiegħu li l-Irlanda mhijiex se tkun fost il-parteċipanti tas-sena d-dieħla, filwaqt li esprima t-tama tiegħu li l-pajjiż ma jdumx ma jirritorna u jerġa' jibda jieħu sehem mill-ġdid f'din il-kompetizzjoni mużikali.
Dan ifisser li s'issa huma tnejn il-pajjiżi li s-sena d-dieħla mhumiex se jkunu qed jibagħtu artist jew artista minn tagħhom sabiex jirrappreżentawhom fuq il-palk tal-Eurovision ġewwa l-Bulgarija. Dan hekk kif ftit ġimgħat ilu l-Olanda wkoll ħabbret li se tkun qed tagħmel bojkott lill-Eurovision minħabba l-istess raġuni.
Intom x'taħsbu dwar id-deċiżjoni tal-Irlanda li ma tipparteċipax fil-Eurovision?
The Eurovision Song Contest u ChatGPT