Tħabbret il-mewt ta’ Joe Attard, CEO ta’ Green MT u figura li għal diversi snin kienet attiva fis-setturi kummerċjali u ambjentali f’Malta. L-aħbar tħabbret mill-Malta Chamber of SMEs, li sellmet il-memorja ta’ Attard u l-kontribut li ta matul il-karriera tiegħu. Għal diversi snin, Joe Attard serva bħala CEO ta’ Green MT Limited, sussidjarja tal-Malta Chamber of SMEs li twaqqfet sabiex tassisti importaturi, produtturi u negozji fl-obbligi legali tagħhom marbuta mal-immaniġġjar tal-iskart.
“B’diqa kbira nsellmu lil Joe Attard, CEO ta’ Green MT Limited, sussidjarja tal-Malta Chamber of SMEs, u figura li ilha għal snin twal attiva fil-komunità kummerċjali Maltija,” kitbet il-Kamra fit-tislima tagħha. Qabel ir-rwol tiegħu fi Green MT, Attard kien serva wkoll f’karigi għolja fi ħdan il-Kamra fiż-żmien meta din kienet magħrufa bħala l-GRTU.
Il-Malta Chamber of SMEs fakkret l-esperjenza u l-impenn tiegħu, partikolarment il-ħidma li wettaq tul is-snin fis-setturi tan-negozju u tal-ambjent f’Malta. Kondoljanzi lill-familja, qraba, ħbieb u kollegi tiegħu f’dan il-mument diffiċli.
Facebook / ERA – Environment & Resources Authority