Illum huwa jum speċjali għal Fr Joe Abela hekk kif qed jiċċelebra għeluq it-72 sena tiegħu. F’din l-okkażjoni, il-paġna Il-Kunċizzjoni ta’ Vera Rabat Malta waslet l-awguri tagħha lil Fr Joe permezz ta’ messaġġ qasir iżda mill-qalb.
“Awguri kbira lil Fr Joe Abela li llum jagħlaq 72 sena,” kitbu fuq il-mezzi soċjali. Hu jqaddes fil-Kappella ħelwa li tinsab fil-Kunċizzjoni u jorganizza diversi attivitajiet għan-nies tal-madwar. Fr Joe huwa maħbub immensament mal-komunità u ċertament li jgawdi ħafna rispett!
Aħna f’isem Gwida.mt ningħaqdu magħhom u ma’ dawk kollha li jafuh biex nawguraw lil Fr Joe Abela f’għeluq sninu. Nawgurawlu ħafna aktar snin ta’ saħħa, hena u ġid. Awguri Fr Joe!
Facebook / Il-Kunċizzjoni ta’ Vera Rabat Malta