Illum Tagħlaq Sninha L-Attriċi U Preżentatriċi Clare Agius – Bosta Jiftakruha Fis-Serje ‘Il-Madonna Taċ-Ċoqqa’!

Bosta dalgħodu fuq il-midja soċjali qed jawguraw l-isbaħ xewqat lill-attriċi lokali Clare Agius, hekk kif hi qed tiċċelebra għeluq sninha. Ma' għadd ta' telespettaturi Maltin, Clare tibqa' magħrufa għas-sehem ewlieni tagħha fis-sensiela 'Il-Madonna taċ-Ċoqqa' fejn hi kienet interpretat il-parti ta' Rita.

Matul is-snin, Clare dehret f'għadd ta' produzzjonijiet televiżivi oħrajn fosthom 'Déjà Vu', 'Simshar' kif ukoll 'Uwijja'. Hi wkoll ippreżentat numru sostanzjali ta' programmi ta' interess fosthom 'The Local Traveller' fejn kienet iddur diversi postijiet ta' interess f'pajjiżna.

Clare kellha wkoll l-opportunità li tkun waħda mill-preżentaturi tal-ewwel tlett edizzjonijiet ta' 'Mużika Mużika'. Ta' 15-il sena, hi kienet ukoll bdiet tirreċta fit-teatru fejn ħadet sehem f'għadd ta' produzzjonijiet fosthom ta' 'Romeo u Ġuljetta'.

Nawgurawlha l-isbaħ xewqat f'għeluq sninha.

Ritratti:

Facebook / Clare Agius

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI