“Kapitlu 34 Jibda Llum” – Il-Kantanta Lokali Kylie Coleiro, Tagħlaq Għeluq Sninha

Il-kantanta lokali Kylie Coleiro qed tilqa’ kapitlu ġdid f’ħajjitha, hekk kif illum qed tiċċelebra għeluq sninha, u b'hekk irriflettiet fuq dak kollu li għaddiet minnu matul l-aħħar sena.

F’messaġġ emozzjonanti, Kylie qalet li l-età ta’ 33 sena kienet waħda mill-aktar snin li bidluha ħajjitha. Sena mimlija bidliet, sfidi u esperjenzi li mhux biss sawruha, iżda għenuha tikber u ssir verżjoni aktar b’saħħitha tagħha nnifisha.

Kylie tħares lura lejn kull lezzjoni, opportunità u mument b’qalb grata, filwaqt li tħoss ruħha xxurtjata li setgħet tiċċelebra din il-ġurnata speċjali mdawra bin-nies li tħobb l-aktar, iżda fost dawk kollha preżenti, kien hemm persuna waħda li għamlet din il-ġurnata aktar speċjali minn qatt qabel — bintha Chloe, li kienet maġenbha f’dan il-mument sabiħ.

Aħna wkoll ningħaqdu mal-awgurju u nawgurawlha sena mimlija hena, ferħ u aktar suċċessi!

Ritratti:

Facebook/Coleiro Kylie

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI