Il-Membru Parlamentari Alex Muscat qasam mument ħelu mill-ħajja familjari tiegħu hekk kif illum bintu Eva qed tiċċelebra għeluq it-tmien snin tagħha. Permezz ta’ kitba fuq il-mezzi soċjali, il-missier ma ħalliex din il-ġurnata speċjali tgħaddi mingħajr ma jwassal messaġġ mimli mħabba lil bintu.
“Eva tagħlaq 8 snin illum. Jikbru malajr wisq! Inħobbok prinċipessa tiegħi,” kiteb Muscat. Kliem sempliċi li żgur ħafna ġenituri jistgħu jirrelataw miegħu, hekk kif is-snin tat-tfal donnhom jgħaddu f’ħakka t’għajn.
Ningħaqdu ma’ Alex Muscat u l-familja tiegħu biex nawguraw lil Eva l-isbaħ xewqat f’għeluq it-tmien snin tagħha. Awguri Eva! Nittamaw li għandek jum mimli b'dak kollu li tixtieq qalbek! Nawgurawlek sena mimlija ferħ, ħolm u mumenti sbieħ!
Facebook / Alex Muscat