Hekk kif l-istaġun sajfi qed joqrob lejn tmiemu, fil-jiem li ġejjin hu mistenni li terġa' tibda mill-ġdid l-iskeda tax-xitwa fuq it-televixin Malti, fejn wieħed jistenna numru ta' programmi sabiex jirritornaw u oħrajn ġodda sabiex jibdew jieħdu l-ħajja.
Minn nhar it-Tnejn li ġej, proprju f'Jum l-Indipendenza, ix-xow 'Family Feud' mistenni jerġa' jibda jixxandar fuq l-istazzjon nazzjonali bit-tielet edizzjoni tiegħu.
Bil-preżentazzjoni ta' Ben Camille, dan il-programm sena wara l-oħra jagħti l-opportunità lill-pubbliku sabiex jipparteċipa u jikseb il-punti billi jwieġeb id-domandi mistoqsija lilu b'mod korrett. Ir-rebbieħ jidħol fiċ-ċans li jirbaħ premji ta' flus.
L-ewwel programm tat-tielet staġun ta' Family Feud Malta mistenni jixxandar nhar it-Tnejn 21 ta' Settembru fid-20:45 fuq TVM. Imbagħad se jkompli jixxandar kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa.
Intom se ssegwuh it-tielet staġun ta' Family Feud Malta?
Facebook / Family Feud Malta