Iż-Żgħażagħ Maltin Fost L-Iżjed Li Jdumu Biex Jitilqu Mid-Dar Tal-Ġenituri B’Età Medja Ta’ 27.5 Sena

Statistika tal-Eurostat sabet li ż-żgħażagħ Maltin jitilqu mid-dar tal-ġenituri tagħhom meta jkollhom madwar 27.5 sena.

Billi fost il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, l-età medja ta' meta ż-żgħażagħ imorru jgħixu għal rashom hi dik ta' 26.3 sena, dan ifisser li ż-żgħażagħ Maltin huma fost l-iżjed li jdumu sabiex jitilqu mid-dar t'ommhom u missierhom.

L-istatistika sabet ukoll li bħala medja, huma ż-żgħażagħ Finlandiżi li jitilqu l-iżjed kmieni mid-dar tal-ġenituri tagħhom; min-naħa 'l oħra, huma ż-żgħażagħ Kroati li jittardjaw l-iżjed sabiex jagħmlu dan. Fil-fatt, din l-istatistika sabet li ż-żgħażagħ Finlandiżi jkollhom meta madwar 21.4 sena meta jmorru jgħixu għal rashom, filwaqt li ż-żgħażagħ Kroati jkollhom 31.5 sena.

L-istatistiċi tal-Eurostat osservaw kif anke ż-żgħażagħ Taljani u Spanjoli jdumu ferm sabiex jaqbdu triqithom, hekk kif it-tnejn fil-fatt irreġistraw età medja ta' 30.2 sena f'dan l-istudju.

Ritratti:

Facebook / Visit Malta u Pexels

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI